“Il-Mini Jkunu Magħluqin Taparsi Qed Isir X-Xogħol Imma Ma Jkunx Hemm Ħaddiema Jaħdmu” – Toni Bezzina
Il-Perit u Membru Parlamentari Toni Bezzina saħaq li minkejja li spiss il-mini, din id-darba dawk f’Ta’ Giorni, ikunu magħluqa, dan ma jfissirx li verament ikun qed isir xogħol infrastrutturali.
Huwa qal li spiss il-mini qed jingħalqu bħala tattika sabiex tingħata l-impressjoni li jkun għaddej ix-xogħol, iżda jekk wieħed jiċċekja jintebaħ li ħaddiema fuq il-post ma jkunx hemm.