Il-Moll Fiċ-Ċirkewwa Lest Biex Jibda Jintuża

 Il-Moll Fiċ-Ċirkewwa Lest Biex Jibda Jintuża

Illum tħabbar li x-xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq il-moll taċ-Ċirkewwa issa huwa lest. Il-ħidma saret minn Infrastructure Malta b’investiment ta’ €1.6 miljun.

Il-proġett ħa ħsieb li apparti li titranġa l-ħsara li kien hemm, sar investiment fis-sajjieda biex l-opri tagħhom ikunu protetti mill-maltemp u l-ħsara li jsofru minħabba f’hekk.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri rringrazzja lill-Ministru Ian Borg tal-koperazzjoni li jsib mill-Ministeru u minn Infrastructure Malta fejn tenna li dan se jkun jista’ jibda jintuża fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Intqal li minħabba ħsarat estensivi li ġarrab, dan il-moll ma setax jintuża bħala post ieħor ta’ rmiġġ għall-Gozo Channel.

Dan il-moll, li x-xogħol fuqu beda fis-sajf li għadda, għandu wkoll dawk li jissejħu fender blocks, li jinkludu wkoll is-safety walls sabiex ikunu evitati aċċidenti fejn il-baħħara jistgħu jaqgħu mill-għoli waqt li jkunu qed jorbtu.

Il-gverta l-ġdida ta’ dan il-moll, ta’ aktar minn 2,300 metru kwadru, qiegħda f’livell aktar għoli bħala miżura ta’ sigurtà minħabba l-mewġ b’saħħtu.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com