Il-Papa Jaħtar LiIl-Kardinal Mario Grech Fuq L-Ogħla Awtorità Ġudizzjarja Tal-Knisja Kattolika

 Il-Papa Jaħtar LiIl-Kardinal Mario Grech Fuq L-Ogħla Awtorità Ġudizzjarja Tal-Knisja Kattolika

Il-Kardinal Mario Grech inħatar mill-Papa Franġisku, membru fuq it-Tribunal Suprem tas-Senjatura Appostolika, l-ogħla awtorità ġudizzjarja tal-Knisja Kattolika.

Il-ħatra għall-ħames snin li ġejjin tħabbret fil-bulletin ta’ informazzjoni li joħroġ kuljum mill-Vatikan.

Il-Kardinal Grech li preżentament huwa wkoll Segretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet huwa espert fil-Liġi Kanonika u Ċivili u anke għallem il-Liġi Kanonika fis-Seminarju Djoċesan ta’ Għawdex u ta s-servizz tiegħu fit-Tribunali Ekkleżjastiċi ta’ Malta u Għawdex fejn eventwalment laħaq Vigarju Ġudizzjali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com