Il-Partit Laburista Jiġbor Is-Somma Ta’ €670,217
F’maratona mill-Partit Laburista fuq ONE TV, ilbieraħ 13 ta’ Ġunju 2021 inġabret is-somma ta’ €670,217.
It-tema kienet ‘Ninvestu fin-Nies.’
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela rringrazzja lin-nies li wieġbu għas-sejħa tal-Partit u qal li l-PL jrid jibqa’ jinvesti fin-nies u hekk għamel waqt żmien ta’ sfida globali, jiġifieri waqt il-pandemija tal-Covid-19.