“Il-Partit Nazzjonalista Ma Jinbidel Qatt”

 “Il-Partit Nazzjonalista Ma Jinbidel Qatt”

Fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-Partit Laburista jintqal li l-Partit Nazzjonalista ma jinbidel qatt. Dan fid-dawl ta’ kif il-Partit Nazzjonalista tkellem dwar il-promozzjonijiet fl-armata, liema promozzjonijiet il-Qorti qalet li saru skont il-liġi f’sentenza li tat is-sena li għaddiet. Il-Partit Laburista aċċena għal fatt li meta ħarġet is-sentenza tal-Qorti, il-Partit Nazzjonalista kien waqa’ fil-muta u saħaq li l-Partit Nazzjonalista jitkellem biss biex jattakka l-armata u t-tmexxija tagħha.

Il-Partit Laburista jfakkar kif fil-passat esponenti tal-Partit Nazzjonalista riedu saħansitra jitfgħu is-suldati l-ħabs.

Ritratt: One News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com