Il-PM Jiddiskuti L-Iżvilupp Tal-Football Malti Ma’ Gianni Infantino

Il-Prim Ministru Robert Abela kellu żjara mill-President tal-FIFA Gianni Infantino f’Kastilja. Fost suġġetti oħra, iddiskutew il-futur ta’ dan l-isport popolari wara l-isfidi kbar li ġabet il-pandemija tal-Covid-19.
Ġie diskuss ukoll l-iżvilupp tal-football Malta b’aktar investiment fil-faċilitajiet u fit-taħriġ tat-tfal tagħna.
“Huma laqgħat bħal dawn li jwittu t-triq biex pajjiżna jkompli miexi ‘l quddiem u joħroġ bl-unuri billi juri l-kapaċitajiet tiegħu”, tenna l-Prim Ministru Robert Abela.