Il-PM Malti Jiffirma Ittra Flimkien Ma’ 15-il PM Ieħor Favur It-Tisħiħ Tad-Drittijiet LGBTIQ+
Il-PM Malti Robert Abela iffirma ittra li hija indirizzata lill-President tal-Istituzzjonijiet Ewropej fl-okkażjoni tal-#PrideDay li se tiġi ċċelebrata fit-28 ta’ Ġunju.
Din ġiet iffirmata flimkien ma’ 15-il Prim Ministru ieħor ta’ pajjiżi tal-UE fejn fiha, ikkommettew li jkomplu jsaħħu l-impenn tagħhom biex ikomplu jiddefendu d-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+
“L-għan tagħna huwa li nassiguraw Malta u Unjoni Ewropea li tippermetti lill-ġenerazzjonijiet futuri jgħixu f’ambjent ta’ tolleranza u ugwaljanza. Bil-ħidma tagħna bħala Tim Malta se nassiguraw li nibqgħu fil-quċċata fejn jidħlu dawn id-drittijiet”, tenna l-Prim Ministru Robert Abela.