Il-PM Robert Abela Illum Jattendi Għal Summit Tal-Kunsill Ewropew

 Il-PM Robert Abela Illum Jattendi Għal Summit Tal-Kunsill Ewropew

Il-Prim Ministru Robert Abela se jħalli Malta għal Brussell hekk kif se jattendi għal Summit tal-Kunsill Ewropew fejn fost suġġetti diskussa, se jkun hemm l-immigrazzjoni u l-irkupru tal-pandemija.

Il-mexxejja Ewropew se jkunu qed jiddiskutu s-sitwazzjoni ta’ diversi rotot tal-immigrazzjoni, bl-iskop li l-pressjoni tonqos mill-fruntiera tal-UE.

Il-pandemija, se tkun suġġett importanti ħafna fejn ser ikun diskuss iċ-ċertifikat tal-vaċċin li  jwassal sabiex jiffaċilita l-moviment taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea.

F’dan is-summit tal-Kunsill Ewropew, is-27 mexxej tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea se jiddiskutu r-relazzjonijiet mar-Russja kif ukoll il-pożizzjoni tal-UE dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.

Ritratt: ONE News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com