“Il-Prinċipiessa Diana Kieku Għadha Ħajja Ma Kinitx Tieħu Gost B’Li Għamel Harry”
Minkejja li l-Prinċep Harry mexa fuq il-passi t’ommu Diana, meta hi kienet tkellmet fl-apert f’intervista mal-BBC, ħabib tal-qalb tal-Prinċipessa, tenna illi kieku għadha ħajja, ma kinitx tħallieh jitkellem hekk.
James Colthurst qal li żgur li kienet tintervjeni qabel ipoġġi bilqiegħda ma’ Oprah u turieh mod ieħor kif jiftaħ qalbu wara li hi għaddiet minn turmenti kbar fil-familja Rjali.
Colthurst qal dan fuq ir-Radio Times fejn qal li wara l-intervista ta’ Diana, qamu l-irwiefen kollha u kien skopert, li l-BBC użaw dokumenti foloz biex jaslu għall-intervista magħha lura fl-1995.