Il-Pulizija B’Ħidma Biex Ikunu Kkontrollati L-Ġemgħat Tan-Nies F’Postijiet Pubbliċi

 Il-Pulizija B’Ħidma Biex Ikunu Kkontrollati L-Ġemgħat Tan-Nies F’Postijiet Pubbliċi

Il-Kunsillier ta’ Tas-Sliema David Muscat irringrazzja lill-Korp tal-Pulizija u anke lis-sezzjoni tal-RIU li matul illejla li għadda ħadmu bis-sħiħ biex ma jkunx hemm folol ta’ nies miġbura fuq il-bajjiet.

Muscat qal li bħalma ġibed l-attenzjoni dwar il-ġemgħa kbira ta’ nies li kien hemm taħt Ġnien l-Indipendenza, hekk ukoll irid ifaħħar is-servizz li jagħtu l-pulizija.

“B’hekk dal-lejl nistgħu ngħidu li kellna lejl ta’ suċċess b’kollaborazzjoni ukoll tal-Kunsill Lokali Tas-Sliema”, saħaq David Muscat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com