Il-Pulizija Franċiża Qed Tfittex Mara Li Bi Plakka Qalbet U Weġġgħet 50 Ċiklist

 Il-Pulizija Franċiża Qed Tfittex Mara Li Bi Plakka Qalbet U Weġġgħet 50 Ċiklist

Il-Pulizija Franċiża qed tfittex mara li kienet qed issegwi t-Tour de France u ħarġet plakka għan-nofs b’messaġġ nofsu bil-Franċiż u nofs bil-Ġermaniż b’konsegwenza li ċiklist tilef il-kontroll, waqa’ u waqqa’ miegħu bosta ċiklisti oħra.

Din qed tissejjaħ bħala waħda mill-agħar waqgħat ta’ ċiklisti f’ammont kbir fit-Tour de France. 21 ċiklist mill-50 li waqgħu, weġġgħu serjament.

Malli tinqabad il-mara, kapaċi teħel sa sena ħabs u multa ekwilvalenti għal £13,000.