Il-Qorti Ser Tiftaħ B’Urġenza: Raġel Ser Ikun Akkużat Bil-Qtil Ta’ Żagħżugħ Fil-Marsa

 Il-Qorti Ser Tiftaħ B’Urġenza: Raġel Ser Ikun Akkużat Bil-Qtil Ta’ Żagħżugħ Fil-Marsa

Illum għall-ħabta tan-12.30, raġel ta’ 25 sena mill-Ghana se jitressaq il-Qorti b’rabta mal-qtil ta’ żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Ghana.

Il-qtil seħħ il-Ħamis għall-ħabta tal-10.00 p.m. fi Triq il-Ġerrejja meta nqala’ argument bejn żewġt irġiel, b’wieħed minnhom jitħalla mixħut għal tulu fuq il-bankina wara li qala’ tliet daqqiet ta’ sikkina.

Il-Pulizija qalet li l-vittma nstab f’għadira demm, mixħut wiċċu ‘l fuq u mitluf minn sensih. Iż-żagħżugħ miet ftit wara.

Mill-ewwel bdiet tfittxija għall-allegat aggressur u għall-ħabta tas-1.30 a.m. il-Pulizija sabu l-aggressur u ċċirkondaw id-dar fejn kien qed jgħix fi Triq Azzopardi fil-Marsa stess. Hawnhekk il-Pulizija daħlu ġewwa u raw lill-allegat aggressur jipprova jaħrab għal fuq il-bejt. Kien hawn li ġrew warajh u arrestawh.

Ftit tal-ħin wara, il-Pulizija sabet ukoll l-arma li ntużat fid-delitt, qalb xi siġar fi Triq il-Jum.

Ir-raġel ser jitessaq quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com