Il-Qtil Tal-Marsa Seħħ Fuq Flixkun Whisky
Fl-10 ta’ Ġunju, f’dak li jiġi l-ewwel omiċidju għas-sena 2021, persuna sfat maqtula wara argument fuq flixkun whisky. Dan seħħ fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa fejn il-vittma nstabet mimlija demm b’diversi daqqiet f’sidru.
Amo Frank Kwaku, mill-Għana ta’ 25 sena huwa akkużat bil-qtil ta’ Isaac Kwabena Kyere ta’ 23 sena mill-Ghana wkoll.
Fil-Qorti, l-Ispettur Wayne Camilleri tenna li kif meta l-pulizija qalet lis-suspettat li l-vittma miet fl-isptar, is-suspettat nħasad u waqa’ mal-art.
Il-vittma kien miet aktar tard dakinhar tal-każ fejn l-awtopsja kkonfermat kif ir-raġel sofra minn 18-il daqqa ta’ sikkina.
Intqal ukoll kif żewġ persuni Afrikan li kienu viċin fejn seħħ il-każ, stqarrew li ż-żewġt irġiel iġġieldu fuq flixkun tal-whisky.