Illum Huwa L-Jum Dinji Tal-Oċeani – Alicia Bugeja Said

 Illum Huwa L-Jum Dinji Tal-Oċeani – Alicia Bugeja Said

Illum, it-8 ta’ Gunju, jaħbat il-Jum Dinji tal-Oċeani. L-Oċean ikopri xejn inqas minn 70 fil-mija tad-dinja u fih hemm jgħixu mat-80 fil-mija tal-ħlejjaq li jinstabu fl-istess dinja! L-Oċean huwa integrali għal ħajjitna mhux biss għax huwa r-riżorsa ewlenija li tipproduċi l-ossiġnu iżda wkoll għax huwa d-dar ta’ ħafna mill-bijodiversità, huwa sors ewlieni ta’ proteina għall-bniedem, u saħansitra kruċjali għall-ekonomiji tagħna.

F’din il-ġurnata għalhekk nfakkru l-importanza tal-Oċeani. Ilkoll għandna d-dmir li nibżghu għall-ambjent ta’ madwarna ħalli nħallu dinja aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri. Ta’ min jgħid li ta’ kull sena n-Nazzjonijiet Uniti tniedi temi diversi fuq is-suġġett sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf u mgħallem fuq is-sinifikanza tal-ambjent għall-ħajja inġenerali. Għal din is-sena it-tema se tkun: ‘L-Oċejan: Ħajja u Għixien’. Bla dubju ta’ xejn f’dan ir-rigward, settur importanti huwa dak tas-Sajd.

Minn hawn insellem lil dawk il-mijiet ta’ sajjieda li b’sens ta’ sagrifiċċju jipprovdulna ikel bnin u sustanzjuz fid-dieta tagħna. Insellem ukoll lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jaħdmu sabiex nissalvagwardjaw l-ambjent ta’ madwarna tax-xogħol siewi tagħhom sabiex ikollna dinja u ħajja aħjar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com