Illum Ma Setax Jagħti D-Demm Għaliex Hu Gay

 Illum Ma Setax Jagħti D-Demm Għaliex Hu Gay

Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer kiteb dwar realtà f’pajjiżna li forsi mhux kulħadd jirrealizza; li għalkemm pajjiżna mexa sew ‘il quddiem f’bosta suġġetti, drittijiet u kwistjonijiet oħra li nitkellmu dwarhom minn żmien għal żmien, din il-kwistjoni għadha ftit vaga.

Dan għaliex bħala persuna gay f’relazzjoni, f’Malta ma jistax jagħti d-demm.

“Illum jien ma tajtx demm! Fil-verita’ qatt ma tajt demm, minkejja li xi ħaġa li nemmen ħafna fiha”, saħaq Engerer.

Spjega kif bosta pajjiżi qegħdin ibiddlu din ir-realta’ u hawnhekk, appella biex pajjiżna jagħmel l-istess.

“Il-kriterja ma għandix tkun l-orjetazzjoni sesswali jew l-istatus ta’ relazzjoni jew nuqqas tagħha, iżda l-imġieba tal-persuna”, temm jgħid il-Membru Parlamentari Ewropew.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com