Imkejjen Fil-Portugal Jergħu Jfuru Bil-Każijiet Tal-Covid-19

 Imkejjen Fil-Portugal Jergħu Jfuru Bil-Każijiet Tal-Covid-19

Il-Portugal jinsab bejn ħalltejn dwar rilaxx ta’ miżuri wara li l-każijiet reġgħu bdew telgħin.

Fuq is-sit visitportugal.com intqal li bejn it-28 ta’ Ġunju u l-31 t’Awwissu se jkun hemm tibdil ta’ restrizzjonijiet f’muniċipalitajiet li qed jitqiesu bħala ‘high risk’. Dawn huma: Albufeira, Arruda dos Vinhos, Braga, Cascais, Lisbon, Loulé, Odemira, Sertã u Sintra.

F’dawn il-postijiet qed ikun hemm inċidenza ta’ 120 każ għal kull 100,000 persuna.

Ir-ristoranti, kafetteriji, u dolċeriji ser jgħalqu fl-10.30. Il-limitazzjoni tal-persuni fil-pubbliku huwa ta’ 6 persuni f’postijiet ġewwa u 10 persuni f’postijiet fl-apert.

Attivtiajiet kulturali jridu jtemmu l-ispettaklu tagħhom fl-10.30pm. L-isport jista’ jkun ipprattikat mingħajr attendenza tal-pubbliku.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ iżur is-sit https://www.visitportugal.com/ għal aktar tagħrif.

Ritratt: Anadolu Agency

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com