Immultat €2,500 Wara Li Ammetta li Tefa’ Żewġt Iqtates Fil-Baħar

 Immultat €2,500 Wara Li Ammetta li Tefa’ Żewġt Iqtates Fil-Baħar

Brieux Reungoat, iż-żagħżugħ Franċiż ta’ 21 sena li fil-jiem li għaddew tefa’ żewġt iqtates fil-baħar f’San Ġiljan, kien immultat €2,500 wara li ammetta li għamel dan.

Iż-żagħżugħ kkawża tbatija lil dawn iż-żewġt iqtates, liema qtates ġew salvati minn żewġ uffiċjali tal-komunità. 

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkundannat dan l-aġir u sostniet li dan it-tip t’aġir m’għandu qatt jiġi aċċettat. Spjegat kif il-mod ta’ kif wieħed jittratta lill-annimali innoċenti jservi ta’ mera ta’ kif wieħed lest jaġixxi fis-soċjetà.

Il-prosekuzzjoni ta’ dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Matthew Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com