Imut l-Isqof Malti fil-Brażil Walter Ebejer

Tħabbret il-mewt tal-Isqof Malti fil-Brażil, Monsinjur Walter Michael Ebejer fl-età ta’ 91 sena. Huwa serva bħala Isqof għal 40 sena, qabel 10 snin ilu rtira bl-età.
Hu għamel ‘il fuq minn 60 sena fil-missjoni fil-Brażil, u fl-1976 il-Papa San Pawlu VI innominah l-ewwel Isqof ta’ União da Vitória fil-Brażil.
L-Isqof Ebejer twieled Ħad-Dingli u ġie ordnat saċerdot fl-1954 u hu membru tal-Ordni tal-Predikaturi.