In-Nuqqas Ta’ Ppjanar Hija L-ordni Tal-Ġurnata Għall-Gvern Fejn Tidħol Infrastruttura – PN

 In-Nuqqas Ta’ Ppjanar Hija L-ordni Tal-Ġurnata Għall-Gvern Fejn Tidħol Infrastruttura – PN

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li matul dawn l-aħħar snin, dejjem kien ċar li l-gvern m’għandux pjan fit-tul fejn tidħol l-infrastruttura ta’ pajjizna, iżda jaħseb biss mil-lum għal għada. Bħalma qed naraw fin-nuqqas ta’ kordinazzjoni fil-proġetti infrastrutturali li qed isiru fil-pajjiż, li qed jirriżulta f’konġestjoni kbira fit-traffiku, issa qed naraw l-istess fis-sitwazzjoni ta’ staġnar li l-gvern ġab b’idejh stess fejn jidħol r-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni.

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) nnotifikat lil Infrastructure Malta li x-xogholijiet fit-toroq qed jiġu affetwati ħażin minħabba nuqqas ta’ spazju biex jintrema skart ta’ kostruzzjoni.

Fl-Istqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Infrastruttura Toni Bezzina qal li dan qiegħed jirriżulta f’iffriżar komplut ta’ xogħolijiet infrastrutturali u għaldaqstant aktar inkonvenjent għar-residenti li jgħixu f’toroq maqlugħin.

Lil’hinn minn hekk sostna l-Partit Nazzjonalista, din is-sitwazzjoni qiegħda twassal għal tħassib kbir fost kull min jaqla’ x’jiekol minn din l-industrija, għaliex il-gvern mhux jipprovdi soluzzjoni biex dawn ikunu jistgħu jkomplu b’xogħolhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com