Inċident Bejn Karozza U Mutur Fil-Mellieħa – Mara L-Isptar

Illum, għall-ħabta tal-ħdax nieqes kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 67 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, u mutur Honda, li kien qed jinstaq minn mara ta’ 49 sena li tgħix is-Swieqi.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.