Inċident Tat-Traffiku Fi Triq ta’ Għar Dalam Fiż-Żejtun

 Inċident Tat-Traffiku Fi Triq ta’ Għar Dalam Fiż-Żejtun

lbieraħ, għal xi s-17.45, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Għar Dalam, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 27 sena, residenti r-Rabat u mutur Yamaha li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti Marsaskala.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com