Investiment Ta’ Madwar €8 Miljun Għall-Protezzjoni Ċivili Matul Din Is-Sena

 Investiment Ta’ Madwar €8 Miljun Għall-Protezzjoni Ċivili Matul Din Is-Sena

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri inawgura investiment f’makkinarju ġdid fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li jlaħħaq it-€300,000. Dan il-makkinarju huwa truck b’generator mibni fih biex idawwal sit t’inċident u żewġ vannijiet ta’ loġistika li se jkunu mgħammra b’kull tip t’apparat għal ċirkostanzi varji.

Il-Ministru Camilleri stqarr li dan il-Gvern qiegħed iwettaq investiment bla preċedent sabiex tkun imsaħħa s-sigurtà ta’ pajjiżna. Matul din is-sena biss, il-baġit għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili laħħaq kważi t-€8 miljun.

Il-Ministru tkellem fuq l-investment kontinwu li qiegħed isir kemm fir-rigward tal-ħaddiema, iżda ukoll fil-makkinarju u l-għodda li jħaddem dan id-dipartiment.

“Illum għandna Dipartment li hu lest biex iwieġeb għas-sejħiet differenti li jsirulu ta’ kuljum. Qed naraw fit-toroq tal-villaġġi tagħna makkinarju modern u sofistikat li jitmexxew mill-ħaddiema ta’ din il-forza hekk importanti, filwaqt li anke qed jinbnew u jkunu ppjanati iżjed hubs ġodda biex is-soċjetà tkun tista’ tintleħaq bl-iktar mod effiċjenti”, stqarr il-Ministru Camilleri.

Il-Ministru Camilleri assigura li s-sigurtà ta’ pajjiżna ser tibqa’ ta’ prijorità fil-ħidma ta’ kuljum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com