Is-Sema Mistennija Tiġi Mdawwla Bi ‘Strawberry Moon’!

 Is-Sema Mistennija Tiġi Mdawwla Bi ‘Strawberry Moon’!

Illum is-sema mistennija li tiġi mdawwla bil-qamar magħruf bħala ‘Strawberry Moon’. Dan l-isem ġej minn tribu Algonquin li kien ikabbar il-frawli fiż-żmien partikolari tas-sena. Dan it-tip ta’ qamar huwa it-tielet u l-aħħar qamar kwinta ta’ dan it-tip għal din is-sena. Iżda tinkwetawx għaliex għal min jaffaxxina ruħu minn qamar kwinta, ‘Strawberry Moon’ huwa l-ewwel tip ta’ qamar, mill-erba’ tipi ta’ qamar kwinta li naraw fis-Sajf.

Hekk kif dan il-qamar għal maġġorparti tad-dinja se jidher illejla, f’xi pajjiżi, bħall-Indja jintlemaħ il-Ġimgħa filgħodu. 

Wieħed mistenni jara qamar kbir kulur id-deheb, bil-qamar jilħaq il-kobor tiegħu f’2:40 p.m. ET illum. Il-viżibilità ta’ dan il-qamar tiddependi mill-post fejn wieħed ikun.

Ritratt: Flickr/Samantha Rivera

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com