Isimgħu L-Kanzunetta L-Ġdida Ta’ Kantera – Tliet Kitarri U Mandolina

“Jintasbu biswit il-qronfol, kif tbatti x-xemx Sajfija…” Hekk tibda l-kanzunetta l-ġdida fjamanta ta’ Kantera bi ħsejjer melodjużi u tradizzjonali Maltin fost l-ilħna sbieħ tal-kantanti Claudio Theuma Castelletti, David Sammut u Audrey Marie Bartolo.
Bl-isem ta’ Tliet Kitarri u Mandolina, din il-kanzunetta tista’ tmur tajjeb ferm ukoll bħala l-kanzunetta tas-sajf 2021 hekk kif il-poplu Malti, tista’ tgħid kull faxxa ta’ età saret tapprezza iżjed il-mużika Maltija, speċjalment bħal dik ta’ Kantera.
Awguri u prosit Kantera… Isimgħuha!