It-Temp Se Jisħon Sew Din Il-Ġimgħa

 It-Temp Se Jisħon Sew Din Il-Ġimgħa

Pressjoni għolja tissaħħaħ fiċ-ċentru tal-Mediterran, bit-temp jisħon sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla.

It-temp se jkun kuljum bnazzi u xemxi u jsir bir-riħ isfel min-nofs il-ġimgħa ‘l quddiem.

Ir-riħ se jkun ħafif, kultant moderat (sa Forza 4), l-aktar mill-Punent Majjistru fl-ewwel jumejn tal-ġimgħa; iżda jdur riħ isfel u jibda jisħon mill-Erbgħa, l-aktar mix-Xlokk, u jibqa’ hekk sa tmiem il-ġimgħa..

It-temperatura massima se tisħon minn ~28°C (daqs il-medja) fil-bidu tal-ġimgħa għal ~33°C sa tmiemha, bit-temperaturi minimi wkoll jitilgħu minn ~20°C għal ~24°C..

It-temperatura tal-baħar tkompli tisħon u issa tinsab f’medja ta’ 22°C, li hi madwar 1°C aktar mill-medja staġjonali għal nofs Ġunju

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com