Iżrael Jerġa’ Jimponi L-Ilbies Tal-Maskra F’Postijiet Pubbliċi Wara Biss Għaxart Ijiem
Għaxart ijiem biss wara t-tneħħija tal-maksri, il-ministeru tas-saħħa Iżraeljan reġa’ impona l-ilbies tal-maskri f’postijiet pubbliċi magħluqa wara żieda fil-każijiet.
Il-kap tat-taskforce għar-rispons għall-pandemija ta’ Iżrael qal li l-obbligu tal-użu mill-ġdid tal-maskri daħal fis-seħħ wara li għar-raba’ jum konsekuttiv ġew irreġistrati 100 każ ġdid kuljum ta’ COVID-19. L-Iżrael irnexxielu jlaqqam fost l-iktar nies kontra dan il-virus.
Iż-żieda fil-każijiet x’aktarx kienet dovuta għall-varjant Delta li tfaċċa għall-ewwel darba fl-Indja.