Jabbuża Min-Neputija Għal 10 Snin
“Seraqli t-tfulija tiegħi”. Dawn kienu l-kliem ta’ Yasemin Yapiciogullari, tfajla ta’ 23 sena li toqgħod Londra.
Nannuha, Tony Marshall, mastrudaxxa rtirat, kien ilu jabbuża minnha għal għaxar snin sħaħ. Wara li tkellmet mal-għarus tagħha, ħarġu bi pjan fejn iddeċidew li hi kellha tkellem lin-nannu privatament u tistaqsieh għaliex kien qed jagħmlilha hekk, filwaqt li tirrekordjah.
Wara li ammetta u kellha provi biżżejjed, Yasemin marret bir-recordings għand il-pulizija. Eventwalment Marshall instab ħati u ntbagħat 13-il sena u 9 xhur priġunerija.