Jekk Taraw Lil Dawn Il-Persuni Rrapurtaw Fl-Eqreb Għassa
Fuq ordni ta’ Maġistrat, qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstabu l-persuni li ġejjin sabiex jidhru quddiem il-Qorti.
Andres Felipe Quimbaya Nieto, Spanjol ta’ 23 sena,
Emmi Amanda Kumpulainen, Finlandiża ta’ 21 sena,
Habte Mariam Tsegethans, Eritrean ta’ 31 sena,
Emanuele Rebora, Taljan ta’ 36 sena u
Ibrahim Yassine, Libjan ta’ 40 sena.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar dawn il-persuni huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 21224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.