Jiftaħ L-Istaġun Tal-Hillclimb

 Jiftaħ L-Istaġun Tal-Hillclimb

Il-Ħadd li għadda fetaħ l-istaġun tal-Hillclimb ġewwa pajjiżna meta l-Island Car Club organizzaw l-ewwel tellieqa tal-England Insurance National Hillclimb Championship. L-ewwel tellieqa, bil-parteċipazzjoni ta 56 sewwieq f’diversi kategoriji, saret fil-Miżieb limiti tal-Mellieħa.

F’dan l-ewwel rawnd reġaw spikkaw l-aħwa Kurt u Keith Camilleri, b’din d-darba Kurt jkun l-aktar sewwieq veloċi tal-ġurnata u b’hekk rebaħ l-ewwel rawnd. Keith prova jiddefendi t-titlu tiegħu wara li s-sena l-oħra kien rebaħ il-kampjonat. L-aħwa Camilleri kienu segwiti minn Darren Camilleri li spiċċa fit-tielet post.

L-andament tal-ġurnata mar tajjeb ħafna għalkemm dan kien l-ewwel avveniment wara l-waqfien minħabba il-pandemija.

Id-dilettanti laqaw b’sodisfazzjoni il-fatt li kemm il-Ministru Ian Borg u s-Sur Dario Vella, Sindku tal-Mellieħa sabu ħin sabiex jiltaqaw ma l-organizzaturi u s-sewwieqa.

Fi tmiem din il-Ġimgħa, l-Island Car Club huwa mpenjat b’zewgt tlielaq oħra, illum ser issir is-Solv-it Classic Cars Hillclimb għall-membri ta l-Old Motors Club u għada l-Ħadd it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali England Insurance Hillclimb.

 

Ritratt: Oliver Attard

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com