Jinżel Il-Lift U Tinqabad Saqajh Taħtu F’San Ġwann

 Jinżel Il-Lift U Tinqabad Saqajh Taħtu F’San Ġwann

Raġel kien qiegħed jagħmel manutenzjoni f’lift, meta għal xi raġuni l-lift niżel, bil-konsegwenza li saqajh inqabdet taħtu. Ir-Raġel, indjan ta’ 38 sena, residenti f’Ħal Qormi, weġġa’ għal xi d-9.30, fi Vjal ir-Riħan, San Ġwann.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku taw l-ewwel għajnuna fuq il-post.

Ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com