Karta Tal-Eżami Tal-O-Level Tħalli Diversi Studenti Xxukkjati
Waqt l-eżami tal-O-Level tal-Għarbi ta’ din is-sena ingħata paragrafu għat-traduzzjoni li ħalla diversi studenti bla kliem. Dan l-eżami ġeneralment isir minn studenti ta’ bejn 15 u 16-il sena u n-natura ta’ dan il-paragrafu seta’ kellha mpatt negattiv fuq dawn l-adoloxxenti.
Il-paragrafu li l-istudenti kellhom jittraduċu waqt l-eżami bażikament kien nota ta’ suwiċidju ta’ missier lill-martu u wliedu. F’dan il-paragrafu l-missier jitkellem kif spiċċa mingħajr flus u li b’hekk kien se joqtol lilu nnifsu.
Il-paragrafu bl-Għarbi kien jgħid hekk:
“Għeżież mara u tfal, jien imdejjaq li ma nistax ngħix aktar, meta taqra din l-ittra jien inkun mejjet, u ma tarawnix aktar. Jiena tajtkom ħafna meta kont żgħir imma issa jien anzjan u ħallejtuni waħdi u fqir mingħajr flus, għalhekk, se nħalli din il-ħajja u mmut. Forsi nsib ħajja oħra differenti. Forsi nkun kuntent hemmhekk. Forsi ngħix ma’ nies foqra bħali. Inħobbkom. Bye. – Imbagħad kiel il-velenu, imbagħad raqad fis-sodda tiegħu, u l-għada jqum kuntent u martu ċċempillu u jidħaq, uliedu jċemplulu u jidħaq.”
In-natura ta’ dan il-paragrafu xxukjat diversi persuni, hekk kif student li jaqra dan il-paragrafu, speċjalment fil-kuntest stressanti ta’ eżami, jista’ jkun mpattat b’mod negattiv.
So @UMmalta Arabic O level exam asking 15 years old to translate a text about a father sending a letter to his wife and kids about his intentions to commit suicide ! Wtf @edukazzjoni @LovinMalta @RobertaMetsola @TheTimesofMalta @mcaruanagalizia @MEDAC_Malta pic.twitter.com/JSQyQF59yE
— Aladdin Attiga (@alladdinno) June 16, 2021
Ritratt: Aladdin Attiga