Karting – Jiġi Fit-Tmiemu L-Ewwel Rawnd Tal-Kampjonat Nazzjonali
L-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting sar nhar il-Ħadd 20 ta ’Ġunju fiċ-ċirkwit La Reve f’Hal Far. Il-kampjonat qiegħed jittella b’mod konġunt bejn Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation. Sewwieqa tal-karting ikkompetew f’sitt klassijiet differenti.
Il-Klassi Entry Level intrebħet minn Mason Barun, segwit minn Zane Pace u Ayrton Jon Tonna.
Il-Klassi 60cc intrebħet minn Daniel Abela segwit minn Kyle Micallef u Dario Mifsud.
Il-Klassi IameX30 intrebħet minn Kyle Mercieca segwit minn Salvatore Toscano u Ryan Borg.
Il-Klassi Junior 125cc intrebħet minn Kieran Galea segwit minn Kian Gauci.
Il-Klassi Rotax Max intrebħet minn Nicky Gauci, segwit minn Eman Muscat u Rodren Vella.
Il-Klassi Vortex Rok Gp intrebħet minn Trevor Muscat segwit minn Micah Scicluna u Lucas Pace.
Huwa ippjanat li t-tieni rawnd isir fil-11 ta’ Lulju.
Ritratt: Oliver Attard