“Każ Ta’ Korruzzjoni? Ovvja” – Alfred Sant Isaqsi Għaliex Din L-Art Ma Tantx Issemmiet
Il-Membru Parlamentari Alfred Sant kiteb fuq il-facebook tiegħu dwar il-każ tal-art ODZ li fuqha nbena l-LIDL ta’ Ħal Luqa; liema art li fuqha l-propjetarji oriġinal, saħaq li ma ngħatawx permess jibnu s-serer fuqha u “kellhom ibigħu bir-ribass.”
Tenna li l-qrati ġġudikaw li l-mod kif din l-art ġiet traffikata kien skandaluż.
“Każ ta’ korruzzjoni? Ovvja. L-istramba hi din imma ftit li xejn issemmiet”, kompla jgħid Dr. Sant filwaqt li spjega kif din il-ħaġa ma ġratx taħt Gvern Laburista imma taħt it-tmexxija tal-gvernijiet “li jriduna nemmnu kemm fi żmienhom kienu gvernijiet kienu qaddisa – dawk ta’ Dr Fenech Adami u Dr Gonzi.”
Enfasizza wkoll li fl-istess żminijiet, kien hemm ħafna każi oħra bħal tal-art tal-Lidl.
“Forsi qed inkun wisq innoċenti li nistagħġeb għall-fatt li dil-biċċa bħal tħalliet tintesa’, temm jgħid Dr. Sant.