L-Ewwel President Taż-Żambja Jmut Fl-Età Ta’ 97 Sena

Kenneth Kaunda, l-ewwel President taż-Żambja miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-età ta’ 97 sena. Kaunda kien strumentali fil-ġlieda kontra l-kolonjaliżmu.
Huwa ddaħħal fi sptar militari fil-kapitali Lusaka għaliex kien qed isofri mill-pneumonia. Il-President attwali Edgar Lungu, ħabbar li l-pajjiż ser izomm 21 ġurnata bħala luttu nazzjonali.
Ritratt: Al Jazeera