L-Isperma Ma Tiġix Affetwata Bil-Vaċċin Tal-Covid-19
Studju ppubblikat f’The Journal of the American Medical Association (JAMA) juri kif l-isperma ma ġietx affetwata b’mod ħażin f’irġiel żgħar u b’saħħithom wara li rċievew l-ewwel jew it-tieni doża tal-vaċċin tal-Covid-19 Pfizer jew Moderna.
Għaldaqstant, Allan Pacey, professur fl-Università ta’ Sheffield fl-Ingilterra jgħid li jispera li dan l-istudju jipprovdi xi ftit serħan il-moħħ lil dawk l-irġiel li jixtiequ jitlaqqmu bl-imsemmija tipi ta’ vaċċin u kienu nkwetati dwar il-fertilità tagħhom.
Ritratt: The Guardian