L-MHRA Tbassar Irkupru Stabbli Għas-Sajf Malti
L-Assoċjazzjoni tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) laqgħet l-aħbar li Malta żdiedet fuq il-lista l-ħadra tar-Renju Unit.
Il-President Tony Zahra saħaq li dan huwa żvilupp importanti għas-settur turistiku ta’ pajjiżna, speċjalment għal din is-sena. Tenna li s-suq mir-Renju Unit huwa sors importanti għal Malta u huwa mistenni li terġa’ tistartja l-bookings ta’ turisti Ingliżi lejn Malta.
L-MHRA tenniet li dan kien sforz kollettiv bejn il-Gvern, l-awtoritajiet tas-saħħa, investituri, min iħaddem u l-ħaddiema, u l-operaturi kif ukoll il-kooperazzjoni tal-pubbliku
“Din hija storja ta’ suċċess għalkemm l-isfidi għadhom ma ngħelbux kollha”, tenniet l-Assoċjazzjoni filwaqt li ħeġġet li jitħaffef il-proċess li ħaddiema barranin jkunu jistgħu jaħdmu f’Malta hekk kif dawn kienu naqsu b’ammonti kbar minħabba l-pandemija.