“La Ridna Nsawtu U Qas Nissawtu Għalxejn” – Reazzjoni Għall-Filmat Li Tellajna
B’reazzjoni għall-filmat f’artiklu li ttella’ fuq dan is-sit propju nhar l-Erbgħa li għaddew: https://www.stradarjali.com/2021/06/bil-filmat-glieda-tahraq-fl-imsida-iduruh-u-jibdew-jaghtu-fuq-il-karozza/ , tkellmet magħna sinjura fejn qaltilna l-att l-ieħor tal-istorja.
Tenniet li l-filmat juri x’ġara wara l-azzjoni, jiġifieri hekk kif ir-raġel li deher fil-vann, qabel daħal ġol-vann ta daqqa b’ponn tal-ħadid ġo wiċċ il-persuna li jidher fir-ritratt hawn fuq.
Is-sinjura li tkellmet magħna tenniet ukoll li malli staqsietu għaliex għamillu hekk, imbuttaha u tefagħha mal-art.
‘Aħna la rridu nsawtu u lanqas nissawtu għalxejn”, temmet tgħid is-Sinjura.