Lil Javier Isellmulu Bid-Daqq Taċ-Ċirimelli – Jistrieħ Fis-Sliem

Ilbieraħ ingħatat l-aħħar tislima lit-tfajjel Javier t’14-il sena li kellu marda rari. Javier kien twieled b’toqba f’moħħu. Tilef il-battalja kontra l-mewt fil-lejl tal-25 ta’ Mejju li għadda.
Bosta kienu l-eloġji li nkitbu fuq il-midja soċjali b’tislima lil dan it-tfajjel. Hua ngħata l-aħħar tislima fir-Rotunda tal-Mosta fejn għaddewh minn taħt arkata bil-bżieżaq bojod bid-daqq taċ-ċirimelli.
Insellmu l-memorja tiegħu u nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari.