Lit-Tifel Tagħtu Puplesija Waqt Li Kien Fil-Ġuf
It-tabib qallha li jista’ jkun li kellu ‘stroke’ u l-omm staqsiet, ‘stroke għadu jitwieled?”
Din hija l-istorja ta’ Joey Mayer li tagħtu puplesija meta kien f’ġuf ommu. Il-ġenituri saħqu li wara testijiet mediċi, kienu mgħarrfa li għandu nofs moħħ vojt.
Hemm bosta terapija nvoluta imma l-ġenituri determinati li jagħmlu dak kollu li jistgħu. L-operazzjoni rnexxiet u Joey beda miexi ‘l quddiem.
“Ħadna triq differenti, qegħdin naħdmu fiha t-tlieta li aħna”, tenna l-missier.
Din hija storja ta’ determinazzjoni… Joey huwa magħruf bħala ‘s-sunshine’ u jrid li jkun ‘happy bħal mama u l-papa tiegħi’.