Maħżen Numru 3 Jgħaddi Għas-Senglea Regatta Club Mill-Gvern

 Maħżen Numru 3 Jgħaddi Għas-Senglea Regatta Club Mill-Gvern

Fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima, il-gvern, permezz ta’ SportMalta, iffirma kuntratt li bih ġiet trasferita l-art li fuqha hemm maħżen numru 3 fi Triq it-Tarzna, l-Isla, lil Senglea Regatta Club.

Grima spjega li l-impenn tal-gvern hu li jkompli jwettaq il-wegħdiet sportivi elettorali tiegħu filwaqt li jrawwem u jsaħħaħ il-kultura sportiva sa minn etajiet bikrin.

Dr Luciano Busuttil, Chairman ta’ SportMalta, fakkar li dan il-proċess ta’ għotja ta’ artijiet jagħti spinta lill-għaqdiet sportivi biex ikomplu jikbru u jattiraw aktar żgħażagħ u tfal lejn l-isport.

Il-President ta’ Senglea Regatta Club Charmaine Gerada ddeskriviet dan l-avveniment bħala ħolma li saret realtà u li permezz tagħha qed iħarsu ’l quddiem biex bħala klabb ikomplu joffru t-taħriġ neċessarju bl-aħjar mod iżjed u iżjed issa li din l-art ġiet trasferita lilhom.

Ritratti (DOI/MISW_PS)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com