Malta Fuq Il-Lista L-Ħadra Ta’ Franza U Spanja

Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo żvela kif Franza poġġiet lil Malta fuq il-lista l-ħadra tal-ivvjaġġar. Dan ifisser li pajjiżna qiegħed jiġi kkunsidrat bħala pajjiż sigur u t-turisti ma jkollhomx bżonn jagħmlu żmien ta’ kwarantina mar-ritorn tagħhom lura f’pajjiżhom. Dan ikompli jawgura tajjeb għas-suq turistiku hekk kif Franza hija meqjusa bħala wieħed mill-aqwa pajjiżi tas-suq turistiku f’pajjiżna.
Wieħed jinnota ukoll kif Spanja fil-jiem li għaddew ukoll poġġiet lil pajjiżna fil-lista l-ħadra rispettiva tagħha.
Ritratt: Bay.com.mt