Malta Titlef It-Tieni Partita Ta’ Ħbiberija

 Malta Titlef It-Tieni Partita Ta’ Ħbiberija

Jiġi fit-tmiemu l-kamp ta’ taħriġ tat-tim nazzjonali Malti bit-tieni u l-aħħar partita ta’ ħbiberija fejn Malta ġiet megħluba mill-Kosovo 2 – 1. Il-konfront intlagħab fil-Worthersee Stadion fl-Awstrija.

Il-Kosovo fetħu l-skor ma’ kważi 20 minuta permezz ta’ Milot Raschica bit-tim Malti jagħmel l-skor indaqs eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz tal-plejer ta’ Valletta FC Shaun Dimech.

Il-Kosovo reġgħu marru mill-ġdid fil-vantaġġ sitt minuti mit-tmiem permezz tal-istess Milot Raschica biex bl-iskor ta 2-1 intemmet il-partita.

Qabel din l-partita l-plejer Andrei Agius kien preżentat b’flokk mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo hekk kif id-difensur ta’ Hibernians ċ-ċelebra il-mitt logħba tiegħu bil-flokk ta’ Malta.

 

Ritratt: Stephen Gatt / MFA

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com