Mara Isib Dehra Xokkanti Taħt It-Tapit!

 Mara Isib Dehra Xokkanti Taħt It-Tapit!

Vidjow fuq TikTok ġibet l-attenzjoni ta’ bosta, hekk kif mara taqsam fuq il-mezzi soċjali dak li sabet taħt it-tapit tad-dar tagħha!

Hekk kif għolliet it-tapit hija tilmaħ dehra immarkata fuq l-art li tixbaħ lil dik ta’ ġisem mejjet. Jidher li dan jista’ jimmarka xena ta’ delitt li seħħ fil-passat. Fuq il-post hemm ukoll miktub “Case091101″.

Il-mara bil-kont ta’ TikTok bl-isem @dontbeanashole tistqarr li ma tiddejaqx bil-fatt li xi ħadd miet ġod-dar il-ġdida tagħha, iżda tgħid li kienet sorpriża għaliha meta sabet dan kollu. B’sarkażmu kitbet ukoll li “It’s cool. Everything is fine”. Jidher li hemm ukoll data miktuba, 19 ta’ Jannar tal-2018. Ħafna kkumentaw fuq dan ir-ritratt, b’uħud jgħidulha sabiex tikseb aktar informazzjoni u jekk kien miet xi ħadd, jiskopri min.

Intant, x’tagħmlu jekk isibu xi ħaġa simili fid-dar tagħkom?

Ritratti: The Mirror

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com