Mara Taqa’ F’Xaft Fid-Dar Tagħha F’Ħal Tarxien
Mara ta’ 67 sena, weġġgħet wara li waqgħet ġo xaft fid-dar tagħha, għoli ta’ madwar sular fi Triq is-Sorijiet f’Ħal Tarxien. Dan ġara lbieraħ għall-ħabta tat-14.45.
Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qiegħda issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.