Matthew Caruana Galizia Jtenni Li Yorgen Fenech Qed Iħallas Għad-Difiża Tal-Aħwa Degiorgio

Matthew Caruana Galizia tenna li Yorgen Fenech; l-akkużat mandant tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia qed iħallas għall-avukat difensur tal-aħwa Degiorgio.
Min-naħa l-oħra, l-abukat tal-aħwa Degiorgio, William Cuschieri kiteb lill-Kummissarju Ewropew Didier Reynders fejn tqajjem l-argument li hemm kunflitt ta’ interess min-naħa tal-Gvern Malti rigward it-talba tal-maħfra tagħhom.
Saħqu, li l-Gvern ma laqax it-talba tagħhom għaliex ma jridx jisma’ l-informazzjoni li għandhom dwar l-allegat involviment tal-eks Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona flassassinju u anke dwar l-involviment f’”reati serji” tal-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela.