Matthew Perry Itemm Ir-Relazzjoni Mal-Mara Li Kien Se Jiżżewweġ

L-istilla tas-serje ‘Friends’ Matthew Perry ikkonferma li temm ir-relazzjoni tiegħu ma’ Molly Hurwitz. Matthew u Molly kienu pjanati li jiżżewġu fix-xhur li ġejjin wara li ħadu l-engagement f’Novembru tas-sena l-oħra. Il-koppja kienu ilhom flimkien mis-sena 2018.
B’reazzjoni għal tmien ir-relazzjoni, Perry qal, “Xi kultant l-affarijiet ma jirnexxux, u din waħdu minnhom. Nixtieq lil Molly ħafna ġid.”
Il-ġimgħa li għaddiet, Perry reġa’ deher mal-membri l-oħra tal-cast ta’ ‘Friends’ għal ‘Friends Reunion episode’.
Ritratt: mirror.co.uk