Merħba Ġunju – X’Hemm Interessanti?
Iżjed milli interessanti, naħsbu li iżjed hemm punti importanti marbuta ma’ dan ix-xaħar. Ġunju jista’ jitqies bħala x-xahar li nieħdu ftit ir-ruħ wara xhur ta’ sagrifiċċji.
Hekk kif illum il-pubbliku jista’ jibda jniżżel iċ-ċertifikat tal-vaċċin, bosta huma dawk li qed jippjanaw xi safra żgħira. Sqallija jidher li se tkun popolari ħafna mal-Maltin din is-sena anke minħabba li hija tant viċin.
Mil-lum ukoll, jibda jopera s-servizz tal-Fast Ferry bejn il-Belt Valletta u Għawdex.
Nhar il-Ħadd li ġej ser jiftħu l-każini tal-banda wara li dawn ukoll ħadu daqqa minħabba l-pandemija. Ikun imiss il-bars, ċinemas u t-teatri mis-7 ta’ Ġunju.
B’mod awtomatiku, il-moħħ jibda jistrieħ. Tajjeb li ma nesaġerawx u nieħdu ħsieb xulxin filwaqt li nieħdu l-pawża mistħoqqha tagħna lkoll ukoll.