Mil-1 ta’ Lulju Malta Ħa Tibda Taċċetta Ċ-Ċertifikati Diġitali Tal-Vaċċin Tal-Pajjiżi Tal-UE U Tar-Renju Unit

Matul dan l-aħħar ġimgħat konna qed naraw diversi kjus twal ta’ nies fis-sala ta’ wasliet tal-ajruport ta’ Malta. Dan kien qed jinħoloq minħabba li t-turisti kollha li kienu qed jaslu Malta kellhom jippreżentaw ir-riżultat tal-iswab test u jiġi ċċekkjat b’mod manwali. Dan minħabba li sa nhar l-Erbgħa li ġej huwa biss iċ-ċertifikat tat-tilqim Malti li huwa rikonoxxut.
Minn nhar il-Ħamis li ġej Malta ħa tibda taċċetta ċ-ċertifikati diġitali tal-vaċċin tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tar-Renju Unit. Dan ikkonfermatu is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci waqt il-programm televiżiv Insights mxandar ilbieraħ fuq TVM.
Dan il-proċess ħa jkun qed jiġi mħaffef peress li ħa jibda jiġi użat sistema diġitali permezz tal-bar code li jinsab fuq iċ-ċertifikati.
Ritratt: Malta International Airport