Mil-Lum Il-Bars U R-Ristoranti Jistgħu JIbqgħu Miftuħa Sas-2am

 Mil-Lum Il-Bars U R-Ristoranti Jistgħu JIbqgħu Miftuħa Sas-2am

Mil-lum,ir-ristoranti u l-bars jistgħu jibqgħu miftuħa sas-2am. Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet tħabbar ir-rilaxx ta’ aktar miżuri u li r-ristoranti, il-bars, il-każini u l-isnackbars se jitħallew jibqgħu joperaw sas-2am, meta dan hu permess mil-liċenzja tal-istabbiliment.

Stabbilimenti li l-liċenzja tagħhom tesiġi li jagħlqu qabel is-02:00 għandhom jagħlqu fil-ħin stabbilit fl-istess liċenzja.

Mil-lum ukoll mezzi ta’ trasport tal-baħar se jitħallew joperaw b’65% tal-ammont ta’ passiġġiera li huma liċenzjati li jtellgħu. Dan filwaqt li waterparks se jerġgħu jitħallew joperaw.

Il-contact sport tat-tfal ta’ taħt is-17-il sena se jerġa’ jkun permess u b’hekk il-contact sport tal-etajiet kollha jistgħu jissoktaw. L-istess il-fitness classes, li mil-lum se jkunu permessi li jerġgħu jibdew ikunu organizzati.

Mil-lum ukoll, il-ħinijiet ta’ żjajjar tal-iswali ewlenin f’Mater Dei se jiżdiedu. Il-viżitaturi se jkunu permessi jżuru lill-pazjenti mill-11:30 sas-13:00 u mit-15:00 sat-20:00.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com