Missier Jagħmel Tpinġija Fuq Ġismu Ta’ 30 Siegħa Għal Ibnu

 Missier Jagħmel Tpinġija Fuq Ġismu Ta’ 30 Siegħa Għal Ibnu

Missier, Derek Prue Sr. mill-Kanada għamel tpinġija fuq ġismu li ħadet 30 siegħa biex titlesta; tpinġija identika għall-marka tat-twelid li għandu t-tifel tiegħu. Il-missier għażel li jagħmel dan sabiex iħeġġeġ lit-tifel tiegħu jħossu iktar komdu u b’hekk ma jiddejaqx li ħaddieħor jara din il-marka. Għamel dan il-ġest sabiex jgħin lil ibnu jkun kburi bil-marka tat-twelid tiegħu. Dan seħħ wara li ibnu ta’ 8 snin beda jinsisti li jilbes flok sabiex imur jgħum, biex b’hekk jgħatti din il-marka.

Il-missier għażel li jagħti din is-sorpriża lil ibnu waqt li kienu qegħdin jgħumu u neża l-flok sabiex jurih dak li kien għamel għalih! It-tifel ma kienx jaf x’kellu f’moħħu missieru, iżda hekk kif lemaħ din it-tpinġija kien kuntent ħafna li issa hu u missieru għandhom l-istess marka fuq ġisimhom għal ħajjithom kollha.

Ritratt: TodayShow/Shanel Prue

Ritratt Prinċipali: It’s Gone Viral

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com